Lokali

L-MPA tesprimi solidarjetà mal-Pulizija feruti lbieraħ

Il-Malta Police Association (MPA) esprimiet solidarjetà mal-Ispettur Priscilla Caruana Lee u mal-Kuntistabbli Darren Darmanin, li lbieraħ filgħaxija weġġgħu barra l-bini tal-Parlament fil-Belt.

L-MPA innutat li dan l-inċident seta’ kellu konsegwenzi aktar serji. Min-naħa l-oħra, ikkritikat sezzjoni tal-media, li ħasset li kellha “taqa’ fil-baxx u tapprofitta mis-sitwazzjoni” biex “b’xi mod tingħata l-impressjoni ħażin” li b’xi mod din kienet “xi forma ta’ aggressjoniminn sezzjoni ta’ nies u mhux inċident sfortunat”, kif fil-fatt ġara.

L-MPA appellat lill-media biex f’inċidenti bħal dawn ma jiddawrux il-fatt biex jittieħed xi vantaġġ politiku minn fuq Uffiċjali tal-Pulizija li jkunu qed jaqdu dmirijiethom.