Il-Ħamis filgħodu l-Uffiċċju tal-Prim Ministru talab lill-media biex tattendi għal attività ċerimonjali f’binja ta’ Barts f’Għawdex.
Madankollu, għal xi raġuni, il-media kollha ma tħallietx tidħol fil-binja, għajr biss għal ftit mumenti biex tinġibed il-foyer.
Tant hu hekk li fl-istess ċerimonja, lanqas biss ħallewna niġbdu il-kxif tal-plakka!
Dwar dan il-proġett l-Assoċjazzjoni tat-Tobba (MAM) kienet innutat li l-proġett tal-Barts saret minn Steward Health Care, bil-Gvern issa jħallas miljun u 300,000 ewro fis-sena, għal 30 sena, biex jonfqu €35 miljun. Investiment li l-Gvern ħabbar b’ħafna pompi, iżda li se jkun qed iħallas hu xorta waħda.
Il-President tal-MAM, Martin Balzan, kien qal li, minkejja li l-Gvern ħallas €35 miljun, fir-realtà il-valur tal-art inkluż il-proġett ma kellux jaqbeż it-€3 miljun.
//= $special ?>