Internazzjonali Lokali

Isem Malta fuq il-media internazzjonali

Isem Malta, għal darb’oħra, imsemmi madwar id-dinja kollha b’mod negattiv, hekk kif sid il-kumpanija 17 Black Yorgen Fenech kien arrestat, allegatament b’konnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Siti u gazzetti minn madwar id-dinja rrappurtaw dan l-iżvilupp u f’kull rapport isemma’ isem Malta bħala pajjiż li fih tirrenja l-korruzzjoni.

L-akbar kmamar tal-aħbarijiet:

Euronews: fakkru fl-assassinju brutali ta’ Daphne Caruana Galizia b’aċċen għall-arrest ta’ Yorgen Fenech.

BBC: Iffukaw fuq il-protesti li saru fit-toroq fejn saħqu li l-Maltin u n-nies tad-dinja jixirqilhom ġustizzja.

Sky News: Tkellmu dwar Yorgen Fenech, min hu? Il-fatt li allegatament kien se jaħrab minn Malta ftit taż-żmien wara li ismu mhux biss isemma’ mal-każ ta’ Caruana Galizia, iżda anke fil-Panama Papers.

L-aħbar ingħatat priminenza fl-Ingilterra

Mail Online: Tkellmu wkoll dwar il-każ tal-arrest ta’ Melvin Theuma … dak l-imsejjaħ middleman fl-assissnju tal-Ġurnalista.

Magħhom,  The Guardian u The Telegraph, fost ħafna u ħafna aktar.

U fl-Italja, fost numru ta’ siti u gazzetti …

TGCom: irrapurtaw il-każ fid-dettall fejn anke semmew kif Yorgen Fenech kien id-Direttur tal-ElectroGas, kumpanija li bl-għajta tagħha tela’ fil-Gvern il-Partit Laburista.

L-aħbarijiet li ġraw f’Malta it-Tlieta u l-Erbgħa kienu rappurtati fid-dettal ukoll fil-Ġermanja, Franza u fl-Isvizzera u anke fil-maġġor parti tal-pajjiżi fl-Ewropa.

Iżda mhux biss, anke barra mill-Ewropa … fiċ-Ċina, Ġappun, fl-Indja, fl-Arabja Sawdita u fit-Tajwan … b’wiċċ Malta mħammar mal-erbat irjieħ tad-dinja.

Il-kumpanija ta’ Yorgen Fenech, 17 Black, ilha fl-aħbarijiet għall-aħħar snin wara li sar magħruf li minn din il-kumpanija bbażata f’Dubaj kienu se jsiru trasferimenti ta’ miljuni ta’ ewro lejn il-kumpaniji ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi fil-Panama.