Rugby Sport

Ottimiżmu fit-tim nazzjonali għall-konfront tas-Sibt kontra Ċipru

Ottimiżmu fit-tim nazzjonali Malti tar-Rugby qabel it-tieni konfront mir-Rugby Europe Conference 1 South kontra Ċipru. It-tim immexxi minn Damian Neill, kellu bidu mill-aqwa fil-kompetizzjoni, b’rebħa dominanti ta’ 42-14 kontra s-Slovenja ġimagħtejn ilu.

F’konferenza stampa qabel dan il-konfront, Damian Neill qal li dan il-konfront hu simili bħal dak kontra s-Slovenja. Hu kkonferma li mill-aħħar konfront, Rhodri Apsee, Matthew Camilleri u John Micallef se jitilfu l-logħba kontra Ċipru.

Il-President tal-MRFU Kevin Buttigieg jinsab eċċitat għal dan il-konfront, hekk kif se jkun l-ewwel wieħed f’pajjiżna minn kemm ilu li rritorna bħala President. Hu qal li jinsab kburi bit-talent fil-kampjonat lokali li wassal biex il-kowċ nazzjonali sejjaħ diversi plejers li jilagħbu f’pajjiżna.

Fl-aħħar konfront kontra Ċipru f’Marzu li għadda, Malta rebħet 37-10.  Il-logħba tas-Sibt li ġej tintlagħab fis-2.00pm fil-Hibernians Stadium. Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn ticketline.com.mt. Imbagħad fil-21 ta’ Marzu, Malta tilgħab ukoll fil-Hibernians Stadium kontra Iżrael, bl-aħħar impenn mill-grupp ikun fl-4 ta’ April fil-Kroazja.