89% tan-negozji Maltin qed imorru aħjar fis-Suq Komuni Ewropew … jiġifieri b’pajjiżna bħala Membru Sħiħ tal-Unjoni Ewropea.
Dan ħareġ minn studju li sar mill-Malta Business Bureau fl-okkażjoni tal-15-il anniversarju ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Il-President tad-Delegazzjoni, Simon De Cesare, qal li mill-istudju ħareġ li 96% tan-negozji f’pajjiżna jixtiequ li l-Liġijiet tas-Servizzi tal-Unjoni Ewropea fejn jidħlu n-negozji għandhom ikunu aktar sempliċi – liema dikjarazzjoni ilha ssir minn diversi negozji fl-Ewropa kollha.
Iżda l-istess problema qed tidher saħansitra f’pajjiżna, b’35% m’huma sodisfatti b’xejn bin-nuqqas ta’ infurzar f’Malta, filwaqt li 26% oħra lmentaw dwar in-nuqqas ta’ effiċjenza fl-implimentazzjoni.
F’dan ir-rigward, id-delegazzjoni ressqet numru ta’ rakkomondazzjonijiet biex in-negozji Maltin jimxu b’mod aktar effiċjenti.
Huma saħqu wkoll li l-Unjoni Ewropea għandha ttejjeb l-għodod għan-negozji, biex dawn jingħataw aktar poter u għajnuna.
L-aħħar rakkomondazzjoni tagħhom hi li hemm bżonn proċess effiċjenti ta’ konsultazzjoni biex titjieb il-puntwalità u l-effiċjenza fid-dħul tal-Liġijiet tal-Unjoni Ewropeja f’pajjiżna ħalli b’hekk nimxu bl-istess pass ta’ pajjiżi Ewropej oħra.
//= $special ?>