Mijiet ta’ nies inġabru quddiem Kastilja, fil-Belt Valletta jitolbu li tintrefa’ r-responsabbiltà politika fid-dawl tal-iżviluppi li seħħew f’pajjiżna fl-aħħar sigħat.
Il-protesta bdiet fis-6.30 ta’ filgħaxija, jumejn wara protesta oħra simili li saret fil-Belt Valletta stess. Diversi għaqdiet sejħu lin-nies biex jattendu u jsemmgħu leħinhom. Dawk preżenti jidhru jġorru bnadar kemm ta’ Malta u oħrajn tal-Unjoni Ewropea.
Il-gruppi tas-soċjeta ċivili qed jinsistu li Muscat baqa’ jipproteġi lil sħabu, ic-Chief of Staff, Keith Schembri u l-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi.
Dan kollu qed iseħħ wara l-arrest ta’ Yorgen Fenech f’konnessjoni mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Preżenti kien hemm il-Kap tal-PN Adrian Delia, flimkien ma’ deputati u uffiċjali oħra tal-partit.