Għall-ħabta tal-11.30am iddaħħlu f’pajjiżna aktar immigranti – l-immigranti ddaħħlu f’Xatt it-Tiben fil-Floriana.
Il-Forzi Armati ta’ Malta dalgħodu qaltilna li b’kollox hemm kważi 80 immigrant f’nofs ta’ baħar, fosthom hemm nisa u tfal.
Fuq Twitter l-organizazzjoni umanitarja Alarm Phone lbieraħ qalet li rċivew notifikazzjoni li kien hemm dgħajsa bżonn l-għajnuna. Fuq id-dgħajsa kien hemm 13-il mara u xi tfal.
Bil-wasla tal-immigranti tal-Ġimgħa filgħodu, f’pajjiżna issa ddaħħlu kważi 2,200 immigrant mill-bidu ta’ din is-sena ‘l hawn.
Dawn iċ-ċifri dejjem ikbar jaslu fl-isfond tal-ftaħir tal-Gvern wara li f’Settembru, f’pajjiżna kien intlaħaq ftehim dwar ir-rilokazzjoni tal-immigranti bejn Malta, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u l-Fillandja.
Madankollu l-frott ta’ dan il-pjan, s’issa, għadu mhux jidher, bil-wasliet tal-immigranti li ma jaqtgħu xejn u fl-istess waqt li diversi ġurnali fl-Italja ddeskrivewh bħala daħqa fil-wiċċ.
//= $special ?>