Futbol Sport

Floriana miżmuma draw f’partita bilanċjata

HAMRUN S………………….0

FLORIANA ………………..0

Hamrun Spartans: E. Bartolo, T. Caruana, J. Soares, W. Domoraud, C. Faillia (B. Schembri 86’), N. Leone, L. Soufiane, M. Criaco, K. Micallef, O. Nikolopoulos (D. Borg 80’), M. Cinquini

Floriana: E. Akpan, E Ruiz, D. Venancio, K. Keqi (T. Vella 80’), J. Arias, J. Pisani, N. Garcia, A. Ceseres (J. Busuttil 55’), A. Cini, R. Camenzuli, T. Fonseca

Imwissija: C. Faillia 10’, O. Nikolopoulos  38’ (H), M. Garcia 90’ (F)

Hamrun Spartans: E. Bartolo, T. Caruana, J. Soares, W. Domoraud, C. Faillia (B. Schembri 86’), N. Leone, L. Soufiane, M. Criaco, K. Micallef, O. Nikolopoulos (D. Borg 80’), M. Cinquini

Floriana: E. Akpan, E Ruiz, D. Venancio, K. Keqi (T. Vella 80’), J. Arias, J. Pisani, N. Garcia, A. Ceseres (J. Busuttil 55’), A. Cini, R. Camenzuli, T. Fonseca

Imwissija: C. Faillia 10’, O. Nikolopoulos  38’ (H), M. Garcia 90’ (F)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Roberto Vella, Ivan Galea

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Emmanuel Bartolo (H)

BOV Plejer tal-logħba: Emmanuel Bartolo (H)

Attendenza: 795

Floriana akkwistaw biss punt f’partita bilanċjata fejn iż-żewġ naħat kellhom il-mumenti pożittivi tagħhom. Floriana intant dan kien it-tieni draw konsekuttiv filwaqt li għadhom bla telfa f’dan il-kampjonat. Il-Hamrun intant ġabu punt kruċjali wara t-telfa li ġarbu fil-konfront ma’ Sliema.

L-ewwel azzjoni denja tal-partita kienet biss wara erba’ minuti b’xutt tajjeb minn Leone, li iżda Akpan salva tajjeb.

Floriana kienu l-ewwel darba fl-azzjoni wara kwarta logħob minn freeckick li ngħata minn Diego, li iżda ma wassal għall-ebda periklu. Sitt minuti wara Floriana mill-ġdid kienu fl-azzjoni b’xutt t’Arias li għadda bi żbrixx barra.

Ħamrun wieġbu fit-30 minuta bi freeckick ta’ Soufiane li ftit li xejn ħabbat lil Akpan.   

Sitt minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima, Soares tal-Ispartans daħal fin fin mill-ġenb, bix-xutt tiegħu mar għoli.

Ħamrun baqgħu jippressaw u fil-54 minuta jaqbdu lid-difisa Furjaniża fuq sieq waħda u xutt ta’ Soufiane ħabat mal-lasta u mar barra.  

Erba’ minuti wara Floriana rreaġixxu hekk kif min-nofs Keqi sab żblokk, qassam tajjeb lejn Fonseca li iżda x-xutt tiegħu kien salvat minn Bartolo.

70 minuta logħob Floriana mill-ġdid fl-azzjoni b’xutt ta’ Arias kien mixluf għal korner minn Bartolo.

Ħames minuti wara t-tim Ħamruniż protesta għal penalty fuq Soares, protest li iżda ma tantx ġibed attenzjoni mir-referee Farrugia Cann.

78 miuta logħob Floriana wieġbu mill-ġdid minn Arias li mill-ġdid sab lil Bartolo jipproteġi l-lasti.

Fl-aħħar ftit mumenti tal-partita Bartolo salva lil Hamrun b’save tajjeb wara azzjoni kważi perfetta Furjaniża, li nħolqot b’pass tajjeb minn Arias li iżda Vella naqas milli jikkonverti f’dak li seta’ kien il-gowl rebbieħ għat-tim Furjaniż.