Internazzjonali

Greċja: Se tagħlaq il-bieb lill-immigranti li mhumiex intitolati għall-kenn politiku

epa05211159 Migrants from a camp near Idomeni village, cross the river trying to find alternative way to cross the Greek-Macedonian border, near Idomeni, northern Greece, 14 March 2016. Greece has registered in its territory more of 44,000 migrants trapped due to entry restrictions already imposed by Macedonia in recent months, by denying entry to all those who are considered economic migrants, prohibiting the passage of Afghans, and finally denying entry to all Syrians and Iraqis who are not from combat areas. EPA/NAKE BATEV

It-Tmexxija tal-Greċja qalet li qed tistazzjona aktar gwardjani mal-fruntiera bil-għan li ‘tagħlaq il-bibien’ għall-immigranti li mhumiex intitolati għall-kenn f’dan il-pajjiż. Dan hu l-aħħar sinjal ta’ politika aktar riġida fir-rigward ta’ refuġjati li qegħdin ifittxu l-kenn politiku u fi żmien meta qegħdin jaslu numru ġdid ta’ immigranti fil-Greċja.

Il-Prim Ministru Grieg, Kyriakos Mitsotakis, qal lill-Parlament li hu kien approva l-ingaġġ ta’ 400 gwardjan mal-fruntiera tal-art (tal-Greċja) mat-Turkija u ta’ 800 gwardjani oħra għall-Gżejjer Griegi. Dan meta l-Greċja għandha wkoll ‘iżżid u ttejjeb’ ir-riżorsi b’responsabbiltà għar-ronda fuq il-baħar.

F’nofs il-ġimgħa, il-Gvern konservattiv ta’ Mitsotakis, li kien elett matul is-sajf, ħabbar il-pjani biex jingħalqu l-kampijiet fuq il-Gżejjer Griegi li huma ffullati bir-refuġjati. Dan bil-ħsieb li jitwaqqfu ċentri għar-refuġjati li jibbażaw fuq sistemi aktar restrittivi.

Il-Prim Ministru Grieg, waqt diskors, qal li ‘il-poplu tal-Greċja se jilqa’ fi ħdanu biss lill-barranin li jagħżel hu u meta l-barranin l-oħrajn se jintbagħtu lura lejn il-pajjiżi minfejn ikunu telqu’. Mitsotakis għamilha ċara wkoll li ‘se jingħalqu għal kollox il-bibien ( tal-Greċja) għat-traffikanti tal-bnedmin u għal dawk in-nies li jridu jidħlu fil-pajjiż minkejja li mhumiex intitolati għall-kenn politiku’.