Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jitlob laqgħa urġenti mal-President

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia talab li jiltaqa’ mal-President ta’ Malta George Vella fl-isfond tas-sitwazzjoni delikata li għaddej minnha pajjiżna.

Dan wara li fl-aħħar sigħat komplew l-iżviluppi, fost oħrajn b’Yorgen Fenech li nħeles mill-arrest fuq numru ta’ kundizzjonijiet, u jerġa’ jiġi arrestat ftit tal-ħin wara.

Adrian Delia lbieraħ ħalla l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew f’Zagreb qabel mistenni biex ikun f’pajjiżna u jsegwi dak li qed iseħħ mill-qrib.