Lokali

Il-Prim Ministru jgħid li ma għandu l-ebda kunflitt ta’ interess

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu saħaq għal darb’oħra li m’għandu l-ebda kunflitt t’interess u li mhu qed jgħatti lil ħadd, dan minkejja li għadu ma ħa l-ebda azzjoni kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi.

F’reazzjoni dalgħodu fil-Berġa ta’ Kastilja wara l-ħelsien mill-arrest ta’ Yorgen Fenech, il-Prim Ministru qal li dak li seħħ kien qed isir għaliex il-Pulizija għandha bżonn aktar żmien għall-investigazzjonijiet.

Mistoqsi jekk jikkunsidrax maħfra għal Yorgen Fenech jekk jikxef aktar dwar korruzzjoni Joseph Muscat qal li biex jitkellem dwar dan għadu prematur.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.