Lokali

Kurt Farrugia jibqa’ jaħbi l-kuntratt

Jaħbi minn Net News il-kuntratt li se jwassal biex hu jaqla’ sa €500 kuljum.

Għaddew aktar minn 20 jum u NET News għadu mingħajr kopja tal-kuntratt tal-impjieg ta’ Kurt Farrugia – kuntratt li bih, wara li telaq minn Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru, se jkun qed idaħħal fil-but sa €500 kuljum.

Għal raġunijiet mhux magħrufa, Kurt Farrugia għadu qed iżomm il-kuntratt tax-xogħol tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise moħbi minn NET News.

Għaldaqstant, wara 20 jum, erġajna staqsejnieh għaliex ma jridx jtina l-kuntratt …C

Aktar minn għoxrin jum ilu tlabna b’mod formali sabiex ningħataw kopja tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu, s’issa dan il-kuntratt għadu qed jinżamm mistur.

Fl-ewwel email, mibgħuta fit-28 ta’ Ottubru, tlabna kopja tal-kuntratt ta’ Kurt Farrugia. Aktar tard fl-istess jum, tlabna wkoll kopja tal-kuntratti li kienu ffirmaw żewġ predeċessuri ta’ Farrugia, iżda anke din baqgħet mhux imwieġba.

Għaldaqstant, l-għada filgħodu, irrepetejna t-talbiet ta’ lejliet, din id-darba skont il-Liġi tal-Libertà tal-Informazzjoni.

U minkejja li t-talba tagħna saret skont il-Freedom of Information Act, b’Kurt Farrugia kien qalilna li dan jingħatalna “mill-ewwel” …

… il-kuntratt iżda għadu moħbi.

Minbarra li se jkun qed jaqla’ sa €500 kuljum bħala Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise, f’każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt – anke jekk jirriżenja minn jeddu – Kurt Farrugia jdaħħal aktar minn €130,000 fil-but.

Ikkummenta