Lokali

Adrian Delia se jattendi għall-protesta tal-lejla

Miċħud rapport skorrett ta' LovinMalta

Ir-rapport imxandar fuq is-sit elettroniku Lovin Malta fis-1.25pm bit-titlu “Adrian Delia Calls Political Activity To ‘Defend Democracy’ Tonight…But It’s For Something That Happened 38 Years Ago” huwa għal kollox skorret.

Mhux veru li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sejjaħ hu l-attività li se ssir fil-Każin PN Żebbuġ.

Il-fatti huma: 1) Illum  huwa l-anniversarju minn meta 38 sena ilu ġie attakkat u assedjat il-każin bin-nies li kien hemm fih minn grupp ta’ partitarji Laburisti. L-attakk dam sejjer ħin twil quddiem il-Pulizija li kienu fuq il-post u l-ebda aggressur ma ġie arrestat. Minflok ġew arrestati l-partitarji li nqabdu fil-każin, ttieħdu id-Depot, numru minnhom ġew imsawwta u torturati, mressqa l-Qorti u mitfugħa l-ħabs mingħajr pleġġ. Is-17-il partitarju għaddew proċess twil sakemm ġew kollha liberati mill-Qorti mill-akkużi li għamlulhom.

2) Il-Kumitat tal-PN f’Ħaż-Żebbuġ, fuq inizjattiva tiegħu, xahar u nofs ilu, qabel li fit-22 ta’ Novembru ifakkar din il-ġrajja.

3) Ilbieraħ tħabbret li se ssir protesta fis-6.30pm fil-Belt Valletta kontra l-korruzzjoni.

4) Il-Kap tal-Partit Adrian Delia talab li l-midja tal-Partit Nazzjonalista tħeġġeġ lin-nies imorru l-protesta u talab lill-Kumitat Żebbuġi jipposponi l-attività għat-8pm. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, Membri Parlamentari u nies oħra l-ewwel se jmorru l-Belt Valletta u imbagħad meta tkun spiċċat il-protesta jmorru Ħaż-Żebbuġ.