Nirien ħakmu apparatament għal ħabta tal-11am, fi Triq l-Imsieraħ f’San Ġwann.
Fuq il-post marru diversi pumpiera u tim mediku biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Fortunatament, jidher li ħadd ma kien hemm fir-residenza u b’hekk ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.
Skont kelliem għall-Pulizija, jidher li n-nar kien wieħed żgħir. Mhux magħuf x’wassal biex jaqbad in-nar.
//= $special ?>