Lokali

Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-Isptar Mater Dei

Ritratt: Martin Agius

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għal kura hekk kif kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien.

Il-każ seħħ għal ħabta tas-2.15 ta’ waranofsinhar hekk kif għal xi raġuni kien hemm impatt bejn mutur u karozza. Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 28 sena minn Ħal Tarxien stess filwaqt li l-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 57 sena minn Birżebbuġa.

Fuq il-post marru Pulizija tad-distrett u ambulanza biex jassistu lil vittma li ttieħed minnufih l-Isptar.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa.