Lokali

Trattattivi mal-Pulizija biex Yorgen Fenech jammetti – sorsi

Il-Pulizija qed jikkunsidraw jilħqu plea bargaining deal ma’ Yorgen Fenech sabiex jammetti. Dan ifisser li hemm il-possibilità li jintlaħaq ftehim miegħu bil-għan li jiżvela informazzjoni biċ-ċans li jkollu sentenza mnaqqsa.

Dan ġie żvelat minn sorsi qrib il-ġurnal The Malta Independent fi żvilupp għall-aħħar investigazzjonijiet b’rabta mal-arrest ta’ sid il-kumpanija 17 Black. Madanakollu s’issa mhux magħruf x’jinvolvu dawn it-trattati.

Yorgen Fenech ġie miżmum mill-Pulizija l-Erbgħa filgħodu hekk kif kien ser iħalli lil Malta abbord il-yacht tiegħu.

S’issa għadu mhux magħruf fejn qed jinżamm Yorgen Fenech.

Ikkummenta