Lokali

Yorgen Fenech jitniżżel fuq il-Gio għal iktar tfittxijiet – iktar nies arrestati

Wara li lbieraħ filgħaxija Yorgen Fenech inħeles mill-arrest fuq numru ta’ kundizzjonijiet, dalgħodu hu tniżżel fuq il-yacht li kien se jipprova jaħrab bih.

Dan hekk kif l-investigaturi qed ikomplu t-txittxijiet fuq il-yacht. Hu mistenni li, hekk kif jitlestew it-tfittxijiet fil-preżenza tiegħu, Yorgen Fenech jerġa’ jiġi arrestat u skortat lejn id-Depot tal-Pulizija għal iktar investigazzjonijiet.

Jirriżulta li matul il-lejl il-Pulizija ġabret iktar persuni b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. S’issa għadu mhux magħruf min kixef dawn l-ismijiet, jekk hux Melvin Theuma li talab gall-maħfra presidenzjali, inkella Yorgen Fenech stess.

Dan hekk kif s’issa l-Korp tal-Pulizija għadu ma sejjaħ l-ebda crime conference, kif kien isir is-soltu. Minflok, qed ikun il-Prim Ministru Joseph Muscat li jagħti dettalji interni dwar l-investigazzjoni.