Lokali

Adrian Delia jsejjaħ laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari tal-PN

Mill-arkivji

Dawk li qed ngħixu bħalissa huma żviluppi inkwetanti.

Hekk stqarr il-Kap tal-PN Adrian Delia permezz ta’ messaġġ fuq Twitter, fejn ħabbar ukoll li fil-minuti li ġejjin se jlaqqa’ mill-ġdid b’mod urġenti lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

Dalgħodu fuq Net FM, Adrian Delia insista li l-Prim Ministru għandu jerfa’ r-responsabbilta’ politika.

Filwaqt li l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista qed jaħdem f’urġenza, il-Grupp Parlamentari Laburista mistenni jitlaqqa’ it-Tnejn li ġej.