Lokali

Attentat ta’ serq minn ristorant f’Tas-Sliema

Għall-ħabta tal- 5 tas-Sibt filgħodu, persuna pruvat tisraq ristorant fi Qui Si Sana tas-Sliema.

Il-persuna, li minn informazzjoni li ksibna hija mara, kienet diġa serqet ammont ta’ flus kontanti mill-cash register tar-ristorant qabel ma nżammet fuq il-post minn security li jaħdem mal-kumpanija.

Kien hawnekk li ssejħu l-pulizija mill-għassa ta’ tas-Sliema li minnufih marru fuq il-post u arrestaw lil mara fejn ittieħdet l-għassa għal aktar interrogazzjoni.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej …