Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li ġie aggredit fil-Marsa

Somalu ta’ 24 sena, residenti l-Marsa, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ġie aggredit fi Ġnien Spencer fil-Marsa.

Jidher li għall-ħabta tas-siegħa tal-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd, il-pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun minħabba li kien hemm persuna feruta.

Hemm sabu lis-somalu  li minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien aggredit minn persuni b’arma taqta u bil-ponta li ħarbu minn fuq il-post.

Fuq il-post ssejħet ambulanza flimkien ma’ tim mediku li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-pulizija għadha għaddejja bi tfittxija għall-aggressuri filwaqt li għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet neċessarji.