Lokali

Chris Cardona interrogat mill-Pulizija fid-Depot

Il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona fl-aħħar sigħat issejjaħ fid-Depot fejn kien interrogat mill-Pulizija.

Bħalissa fil-fatt hemm preżenza kbira ta’ ġurnalisti u cameras ħdejn id-Depot fil-Floriana biex isegwu dawn l-aħħar żviluppi.

Siti tal-aħbarijiet qed jindikaw li fost l-oħrajn, sarulu mistoqsijiet dwar l-iskandlu ta’ Acapulco. Dan apparti ir-rabtiet li l-istess Ministru għandu mal-familja Fenech, u l-fatt li hu kien kera appartament f’Portomaso. L-istorja ta’ din il-kirja kienet ġiet żvelata fl-2015 mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, b’allegazzjonijiet serji li hu kien ingħata dan l-appartament mingħajr ma ħallas ċenteżmu.

L-aħbar kienet konfermata mill-Ministru innifsu, li fi stqarrija xotta qal
li ssejjaħ id-Depot biex “jiċċara kwalunkwe punti jew mistoqsijiet li jista’ jkun hemm fil-proċess ta’ din l-investigazzjoni”.