Lokali

Għadha mhux konfermata il-Fun Run – Id-deċiżjoni ser tittieħed għada stess

Bħal kull sena, Għada ser tittella’ il-Fun Run sabiex jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

Iżda minħabba li skont il-websajt uffiċjali tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta  matul il-jum tal-Ħadd mistenni l-maltemp bix-xita u r-ragħad, din l-attivita’ għadha mhux konfermata.

Filfatt Net News jinsab infurmat li d-deċizjoni dwar jekk hiex ser tkun qed tittella’ l-Fun Run jew le, ser tittieħed għada filgħodu.

Il-ġirja tal-Ħadd tibda minn diversi lokalitajiet fosthom mir-Rabat, Santa Venera, Raħal Ġdid, Universita ta’ Malta u tispiċċa fil-Belt Valletta.