Lokali

Il-poplu qed jistaqsi: “il-Prim Ministru ried iwassal messaġġ lil xi ħadd?”

Id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li żvela mal-midja li qed jikkunsidra li joffri Maħfra Presidenzjali qed tqajjem diversi dubji dwar x’kienet l-intenzjoni vera tiegħu.

Iddikjara dan l-Avukat Joe Giglio li waqt il-programm Xarabank, fejn flimkien ma-Avukat Bernard Grech kienu qed jiddiskutu l-aħħar żviluppi dwar dan il-każ.

Waqt li ndirizza lill-avukati Andy Ellul u Robert Musumeci, hu staqsa jekk il-Prim Ministru kienx qed iwassal sinjal lil xi ħadd.

Din id-dikjarazzjoni sseħħ jiem biss wara li avukat ieħor, Edward Debono, waqt il-programm Net Live staqsa kif jista’ jkun Yorgen Fenech tħalla kważi jaħrab minn Malta.

Fid-dawl ta’ dawn, waqt Xarabank l-Avukat Bernard Grech qal li l-poplu għandu dritt li jisma’ l-verità u li jkollu t-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet.

Iżda minkejja dan kollu, u minkejja li hu avukat, Robert Musumeci waqt il-programm Xarabank iġġustifika n-nuqqas tal-Prim Ministru Joseph Muscat li ma ħax azzjoni fil-konfront ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. Dan billi ftaħar li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni Rapporti jindikaw li issa anke Yorgen Fenech qed jitlob għall-maħfra presidenzjali, li s’issa għadha la ngħatat lilu u lanqas lil dak akkużat li hu l-intermedjarju, Melvin Theuma.