Ewropa Internazzjonali Lokali Unjoni Ewropea

Il-“professur tal-passaporti” investigat fl-Olanda

Il-Ministru Olandiż tal-Edukazzjoni tordna investigazzjoni dwar il-kunflitt ta' interess li Kochenov għandu mal-iskema Maltija tal-bejgħ tal-passaporti

Il-Gvern Olandiż, permess tal-Ministru tal-Edukazzjoni, Ingrid van Engelshoven, ordna lid-direttorat tal-edukazzjoni sabiex jinvestiga l-kunflitt ta’ interess sensittiv politikament fl-iskema Maltija tal-bejgħ tal-passaporti li għandu l-professur tal-passaporti, Dimitry Kochenov.

L-Università Olandiża ta’ Groningen, li magħha il-professur tal-passaporti, huwa ngaġġat bħala lettur, ukoll skatta investigazzjoni dwar dan l-istess kunflitt ta’ interess.

Irrappurtat dan il-kamra tal-aħbarijiet tal-istazzjon Olandiż, NOS, wara li bosta mistoqsijiet parlamentari tqiegħdu fuq il-medja tal-kamra tad-deputati fl-Olanda dwar Dimitry Kochenov wara li dokumentarju Olandiż żvela kif huwa konsulent għall-Gvern ta’ Joseph Muscat, fejn jidħlu l-passaporti.

Mal-Olandiżi, Kochenov stess jammetti li m’hemmx għalfejn li wieħed jgħix f’Malta biex jakkwista passaport Malti. Fil-website tiegħu, Kochenov niżżel li għandu siġġu fil-bord tal-uffiċċju konsultattiv, Henley & Partners.

L-uffiċċju għen ukoll lill-Gvern Malti biex jabbozza l-iskema tal-bejgħ tal- passaport u anki ċ-Ċermen tal-IMC, direttur ta’ kumpanija sussidjarja f’Malta, li topera anki fil-bejgħ tal-passaporti.

Ikkummenta