Lokali

Melvin Theuma jiġi rrilaxxat mill-isptar

Melvin Theuma, ir-raġel li huwa maħsub li aġixxa bħala “il-middleman” fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, ġie rrilaxxat mil-isptar wara li ddaħħal fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei l-Ġimgħa filgħodu.

Huwa talab li jittieħed l-istpar għall-osservazzjoni hekk kif ma setax jitkellem kawża tal-kundizzjoni medika li aktarx hu rizultat ta’ tensjoni qawwija u aġitazzjoni li beda jsofri minnhom fl-aħħar sigħat, hekk kif kien qed jiġi investigat .

Theuma talab għall-Maħfra Presidenzjali għax qal li jaf min hu l-moħħ wara dan il-każ. Madankollu, ilbieraħ il-Prim Ministru qal li s’issa Theuma għadu ma tax dettalji biżżejjed biex jimmeritaha.