Lokali

Sitt każijiet separati ta’ droga f’żewġ roadblocks

Minn żewġ roadblocks li saru minn diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija f’Birżebbuġia u f’Ħal Qormi, instabu sustanzi illegali fosthom ħaxixa tal-cannabis, sustanza suspettata eroina u oħra tal-kokaina f’sitt vetturi separati.

F’waħda mil-karozzi instabet ukoll vettura li kienet maħsuba li ser tintuża b’rabta mas-sustanza illegali li nstabet. F’karozza oħra instab ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Intant f’każijiet separati, iżda fl-istess żewġ roadblocks, li fihom twaqqfu ‘l fuq minn 900 vettura, twaqqfu tlett persuni li wara li ttieħed test tal-kampjun tan-nifs (breathalyzer), mmarka pożittiv.

Wieħed mis-sewwieqa li twaqqaf f’dawn ir-roadblocks ibstab ukoll li kien qed isuq wara l-ħin li mhux suppost kien qiegħed barra skond kundizzjonijiet tal-Qorti. Vetturi oħrajt twaqqfu għal ksur tar-regolamenti tat-traffiku.

Dawn ir-roadblocks ġew immexxija mill-Pulizija tad-Distrett u assistiti minn Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, mis-Sezzjoni tal-Klieb, tal-Garaxx, flimkien ma’ membri tal-Forzi Armati.