Lokali

Tarbija u l-ġenituri tagħha l-isptar wara ħabta f’San Pawl

Ritratt mill-Arkivji

Tarbija u l-ġenituri tagħha sofrew xi ġrieħi u ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’ħabta head-on f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ bejn karozza Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 27 sena mill-Ġordan, residenti n-Naxxar, u karozza Ford Escort misjuqa minn raġel ta’ 24 sena minn San Pawl il-Baħar stess. Il-ħabta seħħet għas-6:45pm.

Parti minn Triq l-Erba’ Mwieżeb kellha tingħalaq għal xi ħin.