Futbol Sport

Test iebes għall-Juventus f’Bergamo

Juventus friski mill-aħbar it-tajba li Juan Cuadrado iffirma kuntratt ieħor sal-2022 għadhom għadma iebsa meta jmorru Bergamo biex jilgħabu kontra Atalanta. Madankollu wara li pproduċew logħob spettakolari fl-ewwel 10 ġimgħat huma naqsu li jiskurjaw fl-aħħar żewġ partiti kontra Sampdoria u Cagliari.

Josip Ilicic u Ruslan Malinovskyi jinsabu sospiżi, anke jekk is-Sloven appella minnha. Madankollu aħbar tajba għalihom huwa r-ritorn ta’ Duvan Zapata, fejn mistenni jiġi nkluż anke jekk forsi bħala sostitut. Huwa kien skorja sitt gowls f’seba’ partiti qabel ma weġġa’.

Minn naħa tal-Juventus Paulo Dybala wara li daħal bħala sostitut kontra Juventus tahom il-gowl tar-rebħa bit-tandem Arġentin ta’ Dybala u Higuain qed jiffunzjona tajjeb.

Cristiano Ronaldo huwa mportanti iżda ma tkunx sorpriża jekk Sarri jserrħu xi ftit filwaqt li Douglas Costa għamel impatt immedjat wara li rritorna minn injury filwaqt li Aaron Ramsey minkejja li ma kienx f’xi forma mill-aqwa maċ-Champions Taljani, kien tajjeb ħafna ma’ Wales.

Milan-Napoli: bir-Rossoneri jagħmlu logħba kbira fl-aħħar logħba kontra Juventus u kellhom ukoll iċ-ċansijiet tagħhom u li kieku ħadu draw ma kienu jisirqu xejn. Hakan Calhanoglu, jinsab sospiż u postu mistenni jittieħed minn Giacomo Bonaventura jew Ante Rebic. Dan tal-aħħar, eks Atalanta kien ikun l-arma miċidjali fi żmienu, iżda l-injury kbira li kellu għada qed taffettwalu l-logħba.

Il-Partenopei mistennija jkunu mingħajr Arkadiusz Milik, li jinsab imweġġa’. Għaldaqstant huma jridu jiddeppendu fuq Dries Mertens u Lorenzo.

Hirving Lozano beda juri l-valur tiegħu u anke Piotr Zielinski qed jilgħab tajjeb, anke jekk għadu ma sabx ix-xibka. Mingħajr dubju José Callejon huwa l-aktar plejer konsistenti fit-tim filwaqt li Fabian Ruiz, minkejja l-passaġġi tajbin, donnu m’għadux li kien.

Torino-Inter: Il-Granata donnhom qegħdin isibu l-forma. Jidher li sabu sieħeb tajjeb għal Andrea Belotti, hekk kif Alex Berenguer skorja doppjettà fl-aħħar partita meta ħareġ bħala sostitut. Simone Zaza għandu jkun disponibbli.

Minn naħa tagħhom in-Nerazzurri sa fl-aħħar sabu żewġ plejers isibu x-xibka, l-midfielders Matias Vecino u Nicolò Barella. Romelu Lukaku u Lautaro Martinez dejjem jieħdu ħsieb lil Inter għal dak li għandu x’jaqsam ma’ gowls, anke jekk Antonio Candreva sab ukoll ix-xibka. Mingħajr dubju Romelu Lukaku qed ikun letali bħal dejjem.

Roma-Brescia: Il-Giallorossi marru ħażin f’Parma iżda għandhom ċans jirkupraw kontra tim li sejjer mill-ħażin għall-agħar, ir-Rondinelle. Nicolò Zaniolo qed jimla’ tajjeb il-vojt li ħalla Edin Dzeko, li skorja biss darba fl-aħħar sitt partiti.

Javier Pastore ukoll qed jilgħab tajjeb, anke jekk se jiġi affettwat bir-ritorn ta’ Cengiz Under u Lorenzo Pellegrini . Plejer ieħor li qed jilgħab tajjeb huwa Jordan Veretout.

Il-Biancoblu kienu diżastru kontra Torino. Mario Balotelli u Sandro Tonali skorjaw l-uniċi żewġ gowls tagħhom fl-aħħar ħames partiti. Balotelli u Alfredo Donnarumma, li bdew tajjeb dan l-istaġun issa donnhom intfew filwaqt li Florian Aye ma tantx għamel affarijiet kbar fil-ftit ċans li ngħata jilgħab.

Sassuolo-Lazio: In-Neroverdi mexjin fid-direzzjoni t-tajba l-aktar bir-ritorn tal-attakkant Jeremie Boga, li skorja tliet gowls u gowl ieħor bis-saħħatiegħu fl-aħħar ħames partiti. Bilfors qed ikollhom jiddependu ħafna minnu u minn Francesco Caputo, peress li Domenico Berardi jinsab imweġġa’.

Ciro Immobile skorja 10 gowls għal Lazio fl-aħħar seba’ partiti filwaqt li Joaquin Correa, skorja ħamsa mill-aħħar ħamsa. Sergej Milinkovic-Savic irritorna wara sitt ġimgħat nieqes kontra Lecce u Francesco Acerbi irnexxielu wkoll isb ix-xibka filwaqt li Manuel Lazzari jidher li qed isib il-forma mal-klabb il-ġdid tiegħu.

Fil-partiti l-oħra Bologna jilqgħu lil Parma f’partita li mistennija tkun waħda bilanċjata, Verona kontra Fiorentina, bil-Viola jippruvaw jibdew jingranaw, Sampdoria jilqgħu lil Udinese f’partita li jridu jirbħu għaliex is-sitwazzjoni tagħhom hija prekarja filwaqt li Lecce kontra Cagliari, għandha tara lit-tim fil-forma ta’ Cagliari jieħdu tliet punti oħra.