Lokali

Yorgen Fenech jerġa’ jingħata l-police bail

Il-Pulizija ħabbret li Yorgen Fenech se jingħata l-Police Bail skont il-liġi u se jkollu sigurta’ stretta tal-Pulizija.

Dan wara li iktar kmieni llum ilmenta minn xi uġigħ u talab li jiġi nvistat medikament. Fuq rakkomandazzjoni tat-tabib huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei taħt sigurta’ stretta tal-Pulizija.

Fid-dawl ta’ dan, u minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu, Yorgen Fenech mhux se jkun f’pożizzjoni li jkompli jiġi nterrogat għall-24 siegħa illi ġejjin. Skont il-Pulizija, din hija prattika normali tal-isptar wara li pazjent jingħata t-tip ta’ kura li ngħata.

Dan ifisser li mill-ġdid, u għat-tieni darba mindu ġie arrestat l-Erbgħa filgħodu, se jiskadi t-terminu skont il-liġi li matulu jista’ jinżamm taħt arrest.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.