Lokali

Yorgen Fenech jitlob maħfra Presidenzjali…u jiddaħħal l-isptar

Skont it-Times, il-Prim Ministru mistenni jaċċetta formalment it-talba li għammillu Melvin Theuma għal maħfra Presidenzjali

Sorsi qed jirrappurtaw illi fl-aħħar sigħat, il-Prim Ministru irċieva t-talba formali biex jagħti maħfra Presidenzjali lin-negozjant Yorgen Fenech.

Fenech kien arrestat l-Erbgħa filgħodu waqt li allegatament kien qed jipprova jaħrab mill-pajjiż bil-jott privat tiegħu. Net News ilbieraħ irrapporta li kien ġurnalist li avża lill-Pulizija b’dak li kien qed jipprova jagħmel Yorgen Fenech, u kien biss f’dan il-ħin li l-awtoritajiet intervjenew.

Intant, is-sit Newsbook irrapporta li Fenech fl-aħħar ħinijiet iddaħħal l-isptar b’uġigħ f’qalbu. Fil-fatt f’Mater Dei ġiet innutata preżenza kbira ta’ Pulizija u sigurta’ tul il-perimetru tal-isptar.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.