Lokali

Yorgen Fenech joħroġ mill-isptar u jinżamm fid-Depot … minkejja li l-Pulizija ħabbru li ngħata l-police bail

Mumenti biss wara li l-Pulizija, fi stqarrija, ħabbru li Yorgen Fenech ingħata l-police bail, sorsi qrib Net News jistgħu jikkonfermaw li Yorgen Fenech reġa’ jinsab fid-Depot.

L-istess sorsi ta’ Net News madankollu jindikaw li Yorgen Fenech ma reġax ġie arrestat. Din l-aħbar kienet żvelata b’mod esklussiv fuq Net Live, waqt edizzjoni speċjali li għaddejja bħalissa fuq Net Television.

L-indikazzjonijiet huma li Yorgen Fenech mhux se jkun f’pożizzjoni li jkompli jiġi nterrogat għall-24 siegħa illi ġejjin, fuq parir mediku.

Dan ifisser li matul dan il-perjodu se jiskadi ż-żmien ta’ 48 siegħa, skont il-liġi, li matulu l-Pulizija trid tressqu l-Qorti, inkella jingħata l-Police Bail mill-ġdid.