Futbol Sport

Doppjetta għal Higuain fir-rebħa ta’ Juventus barra minn darhom kontra Atalanta.

Doppjetta għal Gonzalo Higuain fir-rebħa mportanti li kellhom Juventus kontra Atalanta barra minn darhom li żammithom fl-ewwel post tal-klassifika punt fuq l-Inter li tard filgħaxija għelbu 3-0 lil Torino barra minn darhom.

Musa Barrow tilef penalty għal Atalanta qabel ma’ Robin Gosens fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ ras. Iżda grazzi għal Higuain u l-gowl ta’ Paulo Dybala fl-aħħar sekondi tal-logħba, l-Juventus baqgħu għaddejin.

Higuain li kemm ilu li ngħaqad ma’ Juventus reġa’ ħa l-ħajja, f’intervista li ta lill midja Taljana wara l-logħba qal li kienet logħba li tirrikjedi ħsieb u maturità.

Huwa qal li din kienet rebħa mportantissima fejn kienu tliet punti li jiswew ħafna għat-tellieqa għall-iScudetto. Kompla billi qal li hu u Dybala huma ferħana ferm bil-gowls li għamlu, iżda t-tim kollu lagħab tajjeb, speċjalment id-difensuri.

It-tim issa għandu ftit jiem ta’ mistrieh u preparamenti għal logħba taċ-Champions League, l-mira ewlenija ta’ Juventus. Fil-partiti l-oħra Milan u Napoli ġew draw 1-1, b’Lozano jiskorja għal Napoli fl-24 minuta u Bonavenura jġid id-draw għal Milan ħames minuti wara.

Fil-logħba ta’ filgħaxija li ntlagħbet taħt xita kontinwa, Inter komplew isegwu mill-qrib lil Juventus meta kiżbu rebħa faċli ta’ 3-0 kontra Torino. Lautaro Martinez u De Vrij taw vantaġġ doppju lil Inter sa tmiem l-ewwel taqsima u kmieni fit-tieni taqsima kien l-eks plejer ta’ Manchester United Romelu Lukaku li għalaq definittavemnt il-partita.