Xita qalila u riħ qawwi kkawżaw is-sospensjoni ta’ logħba li kienet qed tintlagħab fil-grawnd taċ-Ċentinarju.
Il-logħba, bejn Swieqi United u Vittoriosa, kienet waslet fl-54 minuta meta r-referee ma kellux għażla oħra ħlief li jordna s-sospensjoni tal-logħba, fuq skor ta’ 1-1.
Kif jixhed fil-filmati li waslu għand Net News, kien f’dan il-mument li l-plejers ħarġu jiġru barra mill-grawnd qalb xitta qawwija.
//= $special ?>