Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jsejjaħ laqgħa urġenti tal-Eżekuttiv u l-Amministrattiv

Illum, l-Eżekuttiv u l-Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiltaqa’ għal laqgħa urġenti fl-isfond tal-iżviluppi fil-qagħda tal-aħħar sigħat f’pajjiżna.

Fost oħrajn, dan wara li matul il-jum tas-Sibt issejjaħ mill-Pulizija anke l-Ministru tal-Gvern Laburista, Chris Cardona. L-istess Ministru, fi kliemu stess, kien mistoqsi wkoll b’rabta mal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.

Il-laqgħa tal-Eżekuttiv u l-Amministrattiv issegwi laqgħa oħra tal-Partit Nazzjonalista, is-Sibt, fejn il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista b’vuċi waħda talab għal sessjoni b’urġenza tal-Parlament.