Internazzjonali

Il-Kolombja: Tensjoni u inkwiet f’Bogota

Il-President tal-Kolombja, Ivan Duque, qal li l-qawwiet tas-sigurtà tiegħu għandhom jibqgħu stazzjonati fit-toroq ta’ Bogota fejn il-protesti baqgħu għaddejjin għat-tielet jum konsekuttiv.

Il-protesti kontra l-Gvern kienu żbruffaw f’nofs il-ġimgħa l-oħra, meta ‘il fuq minn 250,000 persuna ssieħbu f’marċ bħala parti minn strajk fuq bażi nazzjonali. Għalkemm id-dimostrazzjoni kellha bidu kwiet, l-aħħar jiem kienu karatterizzati bil-konfronti bejn il-pulizija u l-folol, fost ir-rapporti regolari dwar serq u vandaliżmu. Spikkat ukoll ir-rabja tan-nies dwar allegata korruzzjoni fl-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż.

Il-President Duque, issa, qal li t-truppi għandhom jappoġġjaw lill-pulizija waqt id-doveri tar-ronda fil-kapital. Il-President, f’isem il-poplu, ‘ikkundanna l-vandaliżmu u l-atti tat-terrur mid-delinkwenti li qegħdin jisfidaw il-liġi u ż-żamma tal-ordni’.

Mietu talanqas tliet persuni mindu bdew il-protesti kontra l-korruzzjoni fil-Kolombja, bin-nies qed jesprimu wkoll rabja dwar il-possibbiltà ta’ miżuri għall-awsterità.

Intant, il-curfew li kien impost nhar il-Ġimgħa f’Bogota ma jidhirx li qed iżomm lid-dimostranti milli jirritornaw fit-toroq tal-belt biex ikomplu bil-protesti konstra l-Gvern,