Lokali

Tintemm laqgħa fid-Depot bejn il-Kummissarju u l-AĠ

Għall-ħabta tat-8:30pm ġiet fi tmiemha laqgħa importanti fid-Depot tal-Furjana bejn il-Kummissarju tal-Pulizija Laurence Cutajar u l-Avukat Ġenerali Peter Grech, b’rabta mal-arrest tan-negozjant Yorgen Fenech u l-kumpanija 17 Black.

Din l-aħbar li giet zvelata minn dan is-sit, giet kkonfermata minn Net News b’ mod indipendenti.

Intant, jidher li għada se toħrog informazzjoni ġdida dwar Yorgen Fenech u l-Electrogas; il-konsorzju li bena l-power station il-ġdida f’Dellimara u li kienet l-akbar wegħda elettorali ta’ Joseph Muscat qabel l-elezzjoni tal-2013.