Lokali

Joseph Muscat b’rasu mgħaddsa fir-ramel jaħseb li kollox business as usual – PN

Fil-kummenti lil One Radio, l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li se jibqa’ jassumi l-irwoli li suppost li għandhom l-Istituzzjonijiet kontra kull prinċipju tas-saltna tad-dritt. Dan kif espress minn esperti Kostituzzjonali u kif stqarr il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. 

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista stqarr kif Joseph Muscat qed jibqa’ jgħaddas rasu fir-ramel u jaħseb li jista’ jibqa’ għaddej business as usual waqt li jaħrab mill-verità u mid-diskussjoni fil-Parlament. Dan kontra l-fehma ta’ ħafna opinjonisti, kritiċi u midja indipendenti. 

Il-Prim Ministru minflok għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika billi jkeċċi immedjatament liċ-Chief of Staff u l-Ministri ewlenin tiegħu implikat f’din is-saga nazzjonali. L-inazzjoni tiegħu sa issa hija wkoll raġuni biżżejjed biex il-Prim Ministru jitfa’ r-riżenja tiegħu wkoll.