Lokali

L-Eżekuttiv u l-Amministrattiv tal-PN jiddiskutu l-kriżi kostituzzjonali u l-passi li jmiss fl-interess nazzjonali

Approvata b’mod unanimu mozzjoni tas-Segretajru Ġenerali Clyde Puli.

Il-Kumitat Eżekuttiv u l-Kunsill Amministrattiv tal-PN ltqagħu llum f’laqgħa konġunta msejħa b’urġenza mill-kap tal-Partit Adrian Delia.

Il-laqgħa ġiet imsejħa wara ġimgħa drammatika fix-xena politika Maltija li wasslet għal kriżi kostituzzjonali wara li l-Prm Ministru usurpa r-rwol tal-istituzzjonijiet fl-investigazzjoni tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u wara li huwa stess ħass li huwa kostrett jaqbeż il-kabinett tal-Ministri li ħatar hu stess biex japprova u jirrakomnda proklami mitluba mis-sid ta 17 Black u intermedjarju ieħor fl-omiċidju li jinsabu arrestati mill-pulizija.

Wara li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri waqqa libell biex ma jgħidx il-verità kollha fil-qrati u wara li d-Deputat Mexxej u Ministru ewlieni tal-Gvern Chris Cardona ġie interrogat mill-pulizija dwar il-każ tal-qtil ta Daphne Caruana Galizia il-kriżi ħadet żvolta oħra tant li qed jinħass minn bosta li l-pożizzjoni tal-Prim Ministru u l-ministru tiegħu m’għadiex tenibbli.

Wara preżentazzjoni tal-qagħda politika mill-Kap tal-Partit u diskussjoni dwar is-sitwazzjoni mill-membri preżenti, il-Kumitat Ezekuttiv u l-Kunsill Amministrattiv tal-PN approvaw b’mod unanimu mozzjoni mressqa mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli

Ara l-mozzjoni sħiħa.