Lokali

“Nipproteġu l-interess tal-pajjiż u ta’ ħadd iktar” – Aaron Farrugia

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia sar it-tieni Deputat tal-Gvern fi ftit ħin li wassal messaġġ lill-Prim Ministru Joseph Muscat.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Aaron Farrugia kiteb li “l-maġġoranza assoluta għandhom l-istess għan – dik li ssir ġustizzja, illum qabel għada, u li min hu involut u jinstab ħati jieħu li ħaqqu, hu min hu, hi min hi.”

Kompla li pajjiżna għandu bżonn “Deputati li jħarsu l-interess nazzjonali u ebda interess ieħor.” Hu fakkar li d-Deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra, daħlu għal impenn politiku għal għan wieħed, dak li jagħmlu lil Malta aħjar.

Il-kummenti ta’ Aaron Farrugia jaslu ftit ħin biss wara li l-Ministru Evarist Bartolo kompla joħroġ fil-beraħ in-nuqqas ta’ qbil tiegħu għall-mod kif il-Prim Ministru qed jonqos milli jaġixxi fil-konfront ta’ dawk l-eqreb tiegħu.