Internazzjonali

Repubblika tal-Kongo: Imutu fit-tiġrif ta’ ajruplan f’Goma

Mietu talanqas 24 persuna meta ajruplan tal-passiġġieri — tat-tip Dornier-228, tal-linja private Busy Bee —  iġġarraf fuq id-djar, fil-belt ta’ Goma, lejn il-lvant ta’ dan il-pajjiż. Il-kaġun tat-tiġrif kien għadu mhux ċar, bl-investigazzjonijiet qed ikomplu.

It-traġedja seħħet fin-neighbourhood ta’ Mapendo waqt li ssemmew ‘problemi waqt il-ħin tat-tluq tal-ajruplan’ mill-ajruport internazzjonali ta’ Goma għal titjira lejn Beni. Iċ-ċifri tal-vittmi kienu għadhom qed ikunu investigati, bir-rapporti jgħidu li l-mejtin fl-inċident kienu jinkludu ‘membri ta’ familji’ li nzertaw fiz-zona fejn ikkraxxja l-ajruplan.

Dawn l-inċidenti huma relattivament frekwenti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fejn huma ‘dubbjużi’ il-livelli tas-sigurtà għas-sistemi tal-avvjazzjoni lokali. Il-linji tal-ajru kummerċjali minn dan il-pajjiż Afrikan huma projbiti milli jaħdmu fl-Unjoni Ewropea.

Ikkummenta