Futbol Sport

Sliema konvinċenti u jieħdu ftit tan-nifs f’rebħa kbira

St Lucia……0 Sliema W…4

Sliema konvinċenti u ħadu ftit tan-nifs wara li akkwistaw tliet punti importanti wara li għelbu lil Santa Lucia bi skor ta’ 4-0. Santa Lucia kienu tajbin fil-ftuħ inizzjali tal-partita imma wara li qalgħu l-gowl marru l-baħar.

L-ewwel azzjoni waslet wara 18-il minuta logħob meta pass ta’ Sow lejn Satariano li ra x-xutt tiegħu minbarra l-kaxxa jiġi mdawwar f’corner mill-gowler ta’ Santa Lucia Ryan Caruana.

Fit-42 minuta Santa Lucia viċin li jmorru fil-vantaġġ meta cross ta’ De Jesus lejn Ante Rosero li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu taħbat mal-mimduda. Minuta wara Sliema jmorru fil-vantaġġ meta azzjoni ta’ Edmond Agius li għadda l-ballun lejn Sow b’dan tal-aħħar jgħaddi l-ballun lejn JOHN MINTOFF fejn minn qagħda angulata tefa’ fil-lasti bil-gowlkiper ta’ Santa Lucia Ryan Caruana jipprova jevita il-periklu bil-ballun jispiċċa fix-xibka.

Fit-tieni taqsima Sliema jkomplu kif għalqu l-ewwel waħda meta wara biss tliet minuti kabbru l-vantaġġ. Edmond Agius għadd l-ballun lejn CLAUDIO ZAPPA li mill-viċin tefa’ l-ballun fis-saqaf tax-xibka.

Fit-78 minuta Sliema għalqu l-partita. Minn corner ta’ Cisotti li Shaw ma jolqotx bir-ras, il ballun jispiċċa għand PETER XUEREB li mill-viċin jitfa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fid-90 minuta Sliema ikomplu ikabbru il-vantaġġ meta cross ta’ John Mintoff lejn JURI CISOTTI li mill-viċin bir-ras tefa’ fix-xibka għal rebħa tajba Slimiża li għal lanqas sa issa qalagħthom mill-post ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika, anke jekk sa issa l-pożizzjoni tagħhom għada xi ftit prekarja.

Player tal-loghba:  Juri Cisotti (Sliema)

Ref: Darryl Agius

Santa Lucia: Ryan Caruana, Gabriel Bohrer, David Mendoza, Maycon De Jesus, Kevin Ante, Carlos Raiscos, Daniel Agius, Farid Zuniga, Lee Galea, Rei Tachikawa, Nick Borg.

Sliema W. : Entonjo Elezaj, Alexander Satariano, Kurt Shaw, Jonathan Pearson, John Mintoff, Johan Carvajal, Claudia Zappa, Juri Cisotti, Peter Xuereb, Edmond Agius, Sow Seydou.

Ritratt: Trevor Sollars