Lokali

Tinżamm arrestata wara li ppruvat tisraq minn ristorant

Mara ta’ 26 sena minn San Pawl il-Baħar qed tinżamm taħt arrestata wara li kmieni s-Sibt filgħodu ppruvat tisraq minn restorant fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Minbara li ppruvat tisraq €520 mill-istabbiliment, Nikita McAnally kisret ukoll il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest , dan wara każ ieħor ta’ serq.

Lura f’Mejju li għadda, hi kienet ġiet akkużata li serqet diversi oġġetti u flus minn Europa Hotel.

Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace rrifjutat it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest tal-mara.

Il-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Colin Sheldon filwaqt li Martin Fenech serva bħala assistenza legali.