Lokali

Triq asfaltata jiem biss ilu f’Ħal Balzan tisfronda mill-ġdid

Hekk kif qed ikompli jgerbeb iż-żmien, u Triq il-Wied f’Ħal Balzan għadha mhux lesta, issa din it-triq qed issir ukoll perikoluża.

Dan hekk kif fl-aħħar jiem infetħu toqob kbar fiha f’parti tat-triq li ftit tal-ġimgħat ilu ngħataw it-tarmak. B’hekk din it-triq li suppost ilha lesta kważi sena u nofs, issa qed tpoġġi periklu għas-sewwieqa, b’mod speċjali dawk li jsuqu l-muturi.

Net News jinsab infurmat li dwar dan il-każ sar rapport kemm mill-Kunsill Lokali kif ukoll mir-residenti li tkellmu ma’ Infrastructure Malta.

Fl-aħħar sigħat saret spezzjoni fil-post fejn suppost il-proġett ilu lest sena u nofs. Jidher li din l-ispezzjoni ħalliet il-frott … għax toġġiet cone tal-plastik!