Stewart Said
MALTA……………… 16
ĊIPRU……………….. 18
Malta: M. Stoker (M. Spiteri 52’), D. Holliday, T. Galdes (D. Cerketa 71’), B. Borg, M. Davey, D. Deguara, H. Collins (M. Barbara 69’), D. Apsee, T. Holloway, R. Holloway, R. Gum, D. Busuttil, C. Dudman, L. Mathews, J. O’Brien
Ċipru: G. Cosma, M. Zakakiotis, E. Faulder, S. Yarrow, B. Cosma, J. Goodwin, M. Mladenovich, C. Joannou, A. Pantechis, M. Holden, G. Agathokleous, D. Georgiou, C. Georgiou, V. Antoniou, S. Burns
Referee: Ethan Glass (Żvizzera)
Try madwar ħames minuti mit-tmiem ta l-ewwel telfa lit-tim nazzjonali Malti f’din l-edizzjoni tar-Rugby Europe Conference 1 South. Il-plejers Maltin kienu megħluba 18-16 fil-Hibernians Stadium kontra Ċipru, f’konfront li t-tim Malti naqas li jimponi l-logħba tiegħu kif ried.
Il-mertu jmur għaċ-Ċiprijotti li kienu fiżikament tajbin biżżejjed biex iwaqqfu l-attakki tal-plejers Maltin. Fit-tieni taqsima, it-tim Malti ħareġ aħjar u kellu superjorità territorjali għal ħafna ħin, sakemm wasal it-try deċiżiv.
It-tnejn kienu ġejjin minn riżultati differenti fl-ewwel impenn minn din l-edizzjoni. Malta rebħet fis-Slovenja 42-14 filwaqt li Ċipru tilfet f’darha 25-20 kontra l-Kroazja.
Ċipru fetħet fuq l-offensiva u marret 3-0 fil-vantaġġ minn penalty ta’ MARCUS HOLDEN. It-tim Malti wettaq reazzjoni u fit-tmien minuta kiseb l-ewwel try tal-logħba meta HARRY COLLINS poġġa l-ballun wara l-linja f’azzjoni mibdija mil-lemin. Iżda mill-conversion Chris Dudman żbaljax minn pożizzjoni tajba.
Il-logħba kellha diversi waqfien u naqqset mir-ritmu iżda fit-23 minuta ċ-Ċiprijotti reġgħu marru fil-vantaġġ. Huma ħadu vantaġġ minn żball ta’ Richard Gum li ma żammx ballun mill-għoli, bit-tim Malti jinqabad skopert u DOM GEORGIOU ħa vantaġġ biex avvanza waħdu u kiseb l-ewwel try għat-tim tiegħu. HOLDEN għamel il-conversion minn ftit metri bogħod. HOLDEN kiseb tliet punti oħra għal Ċipru tliet minuti wara permezz ta’ penalty mid-distanza.
It-tim ta’ Damian Neill irnexxielu jnaqqas id-distakk permezz ta’ try minn RICHARD GUM li rċieva ballun mil-lemin u wara li għamel żewġ passi poġġa l-ballun wara l-linja. Iżda għat-tieni darba f’dan il-konfront, Chris Dudman naqas li jagħmel il-conversion.
Fit-tieni taqsima, it-tim Malti ħareġ aktar determinat u ġab id-draw fis-46 minuta minn penalty ta’ CHRIS DUDMAN. L-istess plejer poġġa lit-tim Malti minn fuq mas-siegħa logħob b’penalty ieħor mid-distanza.
Il-Maltin bdew jikkontrollaw lill-avversarji iżda madwar ħames minuti mit-tmiem, GEORGIOS AGATHOKLEOUS ta r-rebħa liċ-Ċiprijotti bi try fuq in-naħa xellugija. Holden naqas li jagħmel il-conversion biex b’hekk id-distakk kien ta’ 18-16.
It-tim Malti jilgħab il-logħba li jmiss kontra l-Iżrael fil-Hibernians Stadium fil-21 ta’ Marzu li ġej filwaqt li Ċipru jilagħbu barra minn darhom ukoll kontra l-Iżrael ġimgħa wara.
Ritratt: Trevor Sollars
//= $special ?>