Lokali

Yorgen Fenech arrestat mill-ġdid – jiskatta perjodu ieħor ta’ massimu ta’ 48 siegħa interrogazzjonijiet

Il-Pulizija fi stqarrija ħabbret li Yorgen Fenech, illejla mill-ġdid jinsab fil-kustodja tal-Pulizija.

Huwa qed ikompli jiġi mitkellem bħala parti mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-omiċidju ta’ Daphne
Caruana Galizia.

Dan wara li għall-aħħar sigħat, Yorgen Fenech kien fuq Police Bail skont il-liġi, taħt sigurta’ stretta tal-Pulizija. Huwa ngħata l-Police Bail minħabba li ma setax jiġi nterrogat għal 24 siegħa fuq rakkomandazzjoni tat-tobba tal-Isptar Mater Dei.

Dan wara li l-bieraħ filgħodu lmenta minn xi uġigħ. Skont il-Pulizija, din hija prattika normali tal-isptar wara li pazjent jingħata t-tip ta’ kura li ngħata Yorgen Fenech.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.