Lokali

Żewġt irġiel bi ġrieħi gravi wara żewġ argumenti separati

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Kmieni l-Ħadd filgħodu, żewġ irġel sofrew ġrieħi gravi wara żewġ argumenti separati.

Għall-ħabta tal-4 ta’ filgħodu, raġel ta’ 23 sena mir-Repubblika tal-Maċedonja allegatament kien aggredit minn grupp ta’ persuni waqt li kien f’post ta’ divertiment fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan.

It-tieni każ seħħ għall-ħabta tal-05.30 meta Marokkin ta’ 22 sena ġie aggredit waqt argument li seħħ fl-istess triq, fi stabbiliment ieħor.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġew ċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn iż-żewġ każijiet għadhom għaddejjin .