Futbol Sport

Aston Villa jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: Premier League)
B'din ir-rebħa jaqbżu lil West Ham

Wara tliet telfiet konsekuttivi, Aston Villa rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Newcastle United 2-0 f’Villa Park. B’din ir-rebħa t-tim ta’ Dean Smith qabeż lil West Ham u jinsab punt taħt l-istess Newcastle. Il-Magpies taħt it-tmexxija ta’ Steve Bruce kienu ġejjin minn żewġ rebħiet konsekuttivi u tilfu ċ-ċans li jitilgħu fl-ewwel nofs tal-klassifika.

Aston Villa fetħu l-iskor fit-32 minuta bi free-kick fuq l-ewwel lasta ta’ Conor Hourihane li ma tax ċans lil Martin Dubravka. L-iskor sar 2-0 erba’ minuti wara, bi free-kick mix-xellug ta’ Hourihane jsib lil Anwar El Ghazi li daħal tajjeb u skorja mill-viċin.