Lokali

Cardona sieket dwar l-interrogazzjonijiet ta’ nies qrib tiegħu

Araw il-kummenti ta’ Evarist Bartolo u Chris Cardona

Il-Ministru Chris Cardona ma jridx jagħti l-ebda kummenti wara li lbieraħ bil-lejl il-Pulizija interrogaw 3 persuni li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu.

Jidher illi t-tliet persuni qegħdin jiġu ikkunsidrati bħala suspettati u dan minħabba il-fatt illi ngħatat twissija. Din it-twissija ġeneralment tingħata lil min ikun suspettat, u dak li jgħid jista jinġieb kontrih jekk jitressaq.

Intant, matul il-jum tas-Sibt, Il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona nnifsu issejjaħ fid-Depot fejn kien interrogat mill-Pulizija.