Lokali

Engerer jieħu n-naħa ta’ Bartolo… kontra Konrad Mizzi

Hekk kif il-qiegħa qed tkompli tisħon fil-Partit Laburista, il-ġlied fl-istess partit qed ikompli joħroġ fil-miftuħ.

Dalgħodu, il-Ministru Evarist Bartolo fuq Facebook iddikjara li ma’ jridx li l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri jibqgħu jiffurmaw parti mill-Partit Laburista.

Ftit wara, waslet it-tweġiba ta’ Konrad Mizzi fuq Facebook, tweġiba li kompliet toħroġ fil-beraħ il-gwerra interna li bħalissa għaddejja mhux biss fil-Partit Laburista iżda fil-Kabinett ta’ Joseph Muscat.

Issa, bl-istess mod apert fuq Facebook, il-kandidat tal-labour, Cyrus Engerer tkellem favur il-kliem li qal il-Ministru Evarist Bartolo u kompla fuq li qal il-ġimgħa l-oħra fejn jidher li anke hu jrid li l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri jwarrbu għaliex qal li “il-legat tal-Partit Laburista u tal-Prim Ministru Joseph Muscat ma jistghax ikun overshadowed mill-egoizmu ta’ xi whud.”