Lokali

Folla kbira tilqa’ t-talba tas-soċjetà ċivili b’vuċi għal azzjoni mmedjata

Minkejja l-maltemp, b’ħalbiet tax-xita u riħ qawwi, folla kbira ta’ nies imliet il-pjazza ta’ quddiem il-Parlament għat-tielet protesta fi ftit jiem.

Dan hekk kif mijiet reġgħu laqgħu s-sejħa tas-soċjeta ċivili f’dimostrazzjoni oħra frott in-nuqqas t’azzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat li għadu sa llum jiddefendi lil min hu implikat fl-investigazzjonijiet marbuta ma’ ħasil ta’ flus u l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Waqt li jżommu f’idejhom diversi oġġetti biex jagħmlu l-istorbju, dawk preżenti għaddejjin b’diversi kori fosthom il-kliem ‘korrotti’, ‘assassini’ u oħrajn indirizzati lejn Deputati, fosthom Konrad Mizzi, u ċ-Chief of Staff Keith Schembri.

Dan apparti li dawk preżenti bdew iwaddbu diversi kopji tal-flus, f’messaġġ ċar li d-Deputati Laburisti nxtraw u għamew quddiem il-flus.